All parents are invited for tomorrow’s meeting about PARENTING SKILLS which will be held at Guze’ Delia Hall, Siggiewi Primary at 6pm.
Author: Siggiewi Primary
Laqgħa dwar it-Trobbija tal-Ulied
Ser tiġi organizzata laqgħa interessanti għall-ġenituri kollha dwar it-trobbija tal-ulied. Din ser issir fis-Sala Ġuże Delia fl-iskola tas-Siġġiewi nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014 fis-6pm.
Ser ikunu mistiedna żewġ residenti ta’ San Blas biex jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom.
Inħeġġukom tattendu.
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola
Aqra u Irrifletti – GIRIFLU L-KAROZZA
Wieħed raġel kien qiegħed jillostra l-karozza tiegħu meta nduna li ibnu, ta’ erba’ snin, kien qed jobroxlu n-naħa l-oħra b’ġebla. Kif ra hekk, tant intilef bir-rabja li qabad id it-tifel u beda jagħtiha kemm jiflaħ mingħajr ma nduna li f’idu kellu spanner.
Dal-povru tifel, naturalment, spiċċa l-isptar u tilef subajh kollha daqskemm kellu ksur. Meta ra lil missieru, it-tifel staqsieh bid-dmugħ f’għajnejh, ‘Pa, issa meta ser jerġgħu jikbruli subajja?’ Il-missier tant qasmitlu qalbu din il-mistoqsija li ħareġ mill-isptar, mar ħdejn il-karozza u beda jagħtiha bis-sieq kemm jiflaħ.
Kif kien f’dik id-dagħdigħa lemaħ il-brix li kien għamel it-tifel. Kien giref dawn il-kelmiet: ‘INĦOBBOK, PA.’
Ir-rabja u l-imħabba m’għandhomx qies. L-imħabba ġġib ferħ bla qies. Ir-rabja ġġib tbatija bla qies.
Il-problema tad-dinja tal-lum hi li qed nużaw lin-nies u nħobbu l-affarijiet, flok inħobbu n-nies u nużaw l-affarijiet. Ftakar dejjem li l-affarijiet qegħdin hemm biex nużawhom imma n-nies biex inħobbuhom.
Biex jirnexxilek tagħmel dan, trid tikkontrolla lilek innifsek. Jekk ma toqgħodx attent l-iċken ħsieb isir destin. Dak li naħsbu, xi darba se ngħiduh. Dak li ngħidu, xi darba se nagħmluh. Dak li nagħmlu, xi darba se jsir drawwa. Id-drawwiet tagħna jibnu l-karattru tagħna. U, fl-aħħar mill-aħħar, il-karattru jiddeċiedi d-destin tagħna.
Tislijiet,
Doreen Aquilina
Marie-Claire Sammut
(Għalliema tal-PSD)