Reminder: FEEDBACK MINGĦAND IL-ĠENITURI KOLLHA

Għeżież ġenituri
nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni tagħkom biex l-Open Day tal-bieraħ kienet suċċess.
Nixtieq infakkarkom sabiex timlew il kwestjonarju online:
Min irid verżjoni bil-Malti jista jakkwista waħda mingħand is-segretarja.
Żmien sal-14 ta’ Mejju.
P. Decelis
Kap tal-iskola

FEEDBACK MINGĦAND IL-ĠENITURI KOLLHA

Għeżież ġenituri

Bl-iskop li nkomplu ntejbu s-servizz li nagħtu, nixtiequ l-feedback tagħkom dwar l-iskola tagħna.

Nippreferu jekk twieġbu dan il-kwestjonarju online:

http://soorvey.com/?s=1702PVVVVVV

Min mgħandux aċċess għall-internet jista’ jwieġeb dan il-kwestjonarju bil-miktub (hard copy). Qed nibagħtu kopja lil dawk li qalulna li m’għandhomx aċċess. Jekk xi ħaddieħor jixtieq kopja, din jista’ jakkwistaha mingħand is-segretarja.  Dan irid jerga jiġi rritornat fl-uffiċċju tas-Segretarja.

Min isib diffikulta’ minħabba li hu bl-Ingliż, huwa mħeġġeġ li jistaqsi billi jċempel l-iskola.

Dan il-kwestjonarju għandu jitlesta sal-14 ta’ Mejju 2014.

Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola