IS-SENA SKOLASTIKA 2014/2015

Għeżież ġenituri

Din hi l-ewwel ċirkulari għas-sena skolastika 2014/5.  Minħabba l-importanza tagħha  u peress li għad m’għandniex l-informazzjoni kompluta dwar min m’għandux internet, din iċ-ċirkulari ser tintbagħat lil kulħadd bil-posta sal-ġimgħa d-dieħla.  B’hekk inkunu qed nikkonfermaw li għandna l-indirizz tajjeb.  Min ma jirċevihiex sal-aħħar ta’ Awwissu hu mitlub jikkuntattjana fuq 21464317 jew sic.siggiewi.pr@gov.mt. 

Biex taqraw iċ-ċirkulari fid-dettall tistgħu tagħfsu hawn: Is-Sena Skolastika 2014/2015

Grazzi.

P Decelis

Kap tal-iskola

Eżamijiet Annwali 2014

 

 

Għeżież Ġenituri

It-tfal tar-4, l-5 u s-6 sena għandhom l-eżamijiet annwali skont it-timetable li tidher hawn wara.   L-istudenti tal-1, it-2 u t-3 sena ikollhom lezzjonijiet bħas-soltu.   L-iskola għall-Kinder, Year 1, 2 u 3 tispiċċa l-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2014.

Għall-eżami jistgħu jiġu bil-PE Kit.   Mhux permess li jinġiebu mobile phones, MP3 players, eċċ waqt l-eżamijiet.

Infakkrukom li kull ġurnata l-istudenti għandhom iġibu magħhom il-kotba tas-suġġett tal-eżami, għax ma jkollhomx bżonnhom iżjed.

Inselli għalikom u nawgura lil kulħadd sajf ta’ mistrieħ.   Dan iż-żmien għandu jintuża għal aktar qari u xi ftit reviżjoni.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

Annual-Exams-2014