Festa San Nikola 2014

Din is-sena l-festa ġiet iċċelebrata il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru minħabba li l-festa proprja ħabtet is-Sibt.  Kien hemm atmosfera ta’ festa tar-raħal, bil-banda ddoqq u l-karti neżlin…flimkien mal-bżieżaq…it-tfal (imma mhux biss) verament ħadu pjaċir!

L-iskola tixtieq tirringrazzja lil kull min ħa sehem, fost l-oħrajn lill-Każin tal-Banda San Nikola, lill-grupp tal-armar, lill-iscouts, il-Kunsill Lokali, lill-Mużew tas-subien, lill-pulizija u l-gwardjani lokali u lis-Sur Beppe Farrugia mghejjun mis-sur Bezzina.

Ħadna gost nilqgħu magħna parruċċani u nies minn barra r-raħal, flimkien ma’ grupp ta’ studenti mill-iskola tal-Imselliet.

Waqt il festa nġabret somma li żdiedet mad-dħul mill-Jeans day. B’kollox, madwar €800 ngħataw lill-Caritas.

This slideshow requires JavaScript.

A UNIQUE INVITATION – “Ċaqlaq!” Health Campaign 2015

A UNIQUE INVITATION

Dear Parent / Guardian,

We would like to invite you to participate in a fun and interactive parents’ workshop.

This workshop will be part of a research gathering initiative under the “Ċaqlaq!” health campaign.

During this workshop we would like to listen to parents such as yourself about the topic of health and healthy living.

The workshop will be held at your child’s school on the 29th January 2015 at 12.30pm.

Spaces are limited so it is important that you kindly reserve a place by phoning 99589618 or sending an email to matthewrandon@gmail.com .

Refreshments will be served during the workshop.

Looking forward to see you!

Thank you,

The “Ċaqlaq!” team

 ________________________________________________________________________

STEDINA UNIKA

Kampanja tas-Saħħa Ċaqlaq! 2015

Għażiż/a Ġenitur,

Nixtiequ nistidnuk biex tipparteċipa f’sessjoni interattiva u pjaċevoli tal-kampanja Ċaqlaq! 2014, mfassla apposta għall-ġenituri.

Is-sessjoni tinvolvi ġbir ta’ informazzjoni għall skopijiet ta’ riċerka fi ħdan il- Kampanja tas-Saħħa Ċaqlaq! 2014.

Għalhekk matul is-sessjoni nixtiequ nisimgħu l-opinjonijiet ta’ ġenituri bħalek dwar is-suġġett tas-saħħa.

Is-sessjoni ser isseħħ fl-iskola tat-tifel / tifla tiegħek nhar id-29 ta’ Jannar 2015 fin-12.30pm.

Jekk jogħġbok importanti li tirriserva post billi ċċempel 99589618 jew tibgħat email fuq matthewrandon@gmail.com għax l-ispazju huwa limitat.

Waqt is-sessjoni ser inservulkom bibita.

Nittamaw li narawkom,

Grazzi!

It-tim ta’ Ċaqlaq!