L-ELEZZJONIJIET TA’ DIL-ĠIMGĦA FL-ISKOLA

Kif diġa’ ħabbarnielkom nhar il-Ġimgħa ser isiru żewġ elezzjonijet. Għal dan il-għan bejn illum it-Tnejn u nhar l-Erbgħa ser nibagħtulkom żewġ karti tal-vot ma’ uliedkom. Kull familja għandha vot wieħed f’kull
elezzjoni:
1.wieħed għall-elezzjoni ta’ TLIET membri fil-Kunsill tal-Iskola (peress li ġew nominati erba’ ġenituri) u
2.ieħor għal rappreżentant WIEĦED mil-Kulleġġ fuq il-kumitat tal- MAPSSS
(l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri tal-Istudenti tal-Iskejjel tal-Istat) fejn ħarġu żewġ kontestanti mill-Kulleġġ San Injazju.
Nitolbukom tibżgħu għaż-żewġ karti tal-vot u lkoll tivvutaw billi

a) tibagħtu l-voti mimlija ma’ wliedkom f’envelop magħluq (nissuġġerixu li tiktbulu VOTI fuqu biex ma jitħallatx ma’ envelops oħrajn). Dan għandu jingħata lill-għalliema,
jew
b) Tibagħtuhom immedjatament bil-posta fl-indirizz t’hawn taħt
jew
c) iġibuhom l-iskola f’Jum il-Votazjoni, cioe’ nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015 bejn it-8.30am u s-2.30pm u tifgħuhom fil-kaxxi rispettivi.
Dħul min Triq l-Iskola skont kif ikun indikat mit-tabelli.

Voti li jaslu l-iskola wara nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar fis-2.30 ikunu INVALIDI.

Patrick Decelis
Kap tal-iskola
It-Tnejn 19 ta’ Jannar 2015

Ms Claudine’s Class awarded for eTwinning project 2013/14

During Scholastic Year 2013/2014, Year 4 Parrots of Ms Claudine Chircop’s class participated in an eTwinning project called We Learn For Life (W3 L4L) On Friday 5th of December, the eTwinning National Support Service, in collaboration with the eLearning Centre – EMBED Awards – held the eTwinning National Awards covering the scholastic year 2013-2014. During the awards ceremony, the eTwinning National Support Service Staff presented a certificate to Ms Claudine Chircop of the 2013 National Quality Label. The Quality Label is concrete recognition to teachers and schools of the high level of their eTwinning activities. For pupils, this offers a boost to their work efforts, and for the school in general, a public affirmation of their commitment to quality and openness in European collaborative work. With great pride we also announce that Ms Claudine has also been awarded a prize since the project Kids Around The World, Let’s Celebrate! has also placed 2nd in the Primary Category. Well done to all the teachers and students involved!

This slideshow requires JavaScript.

Nirriflettu Ftit – Tazza Ilma

Naqraw ftit…

Professur f’Universita’ ġewwa l-Amerka, beda l-lezzjoni billi qabad tazza bi ftit ilma fiha u beda jżommha f’idu. Għollieha ‘l fuq biex l-istudenti jkunu jistgħu jarawha sew u staqsa, ‘Kemm taħsbu li tiżen din it-tazza?’

‘Ħamsin gramma’…… ‘Mitt gramma’…….. ‘Mija u għoxrin gramma’….. bdew iwieġbu l-istudenti.

‘Jien ma nistax inkun naf eżatt sakemm ma niżiniex,’ qal il-professur, ‘imma l-mistoqsija tiegħi hija din : X’jiġri jekk jien inżommha hekk għal ftit minuti?’…

‘Xejn’ …… qalu l-istudenti.

‘Issa x’jiġri jekk jien inżommha hekk mgħollija ‘l fuq għal siegħa sħiħa?’

‘Tibda tuġgħek idejk’ qal wieħed mill-istudenti.

‘Sewwa qed tgħid! Issa x’jiġri jekk inżommha ġurnata sħiħa?’

‘Torqodlok idejk, jista’ jkollok stress kbir fil-muskoli u wisq probabbli jkollok bżonn tmur l-isptar!’ għajjat student u l-oħrajn infaqgħu jidħku.

‘Tajjeb. Imma matul dan il-ħin kollu, il-piż tat-tazza nbidel?’ reġa’ staqsa l-professur.

‘Le’ kienet ir-risposta.

‘Allura x’ikkawża l-uġigħ u l-istress fil-muskoli?’

L-istudenti nfixlu.

‘X’għandi nagħmel issa biex ma nibqax muġugħ?’

‘Niżżel it-tazza!’ qal wieħed mill-istudenti.

‘Eżatt!!’ wieġeb il-professur.

Naħsbu ftit…

Il-problemi tal-ħajja qishom din it-tazza bl-ilma. Żomm problema fuq moħħok għal ftit minuti u ma jiġri xejn. Aħseb fuqha għal ħafna ħin u tibda ‘tweġġgħek’. Żommha fuq moħħok iżjed ħin u tibda toħloqlok stress kbir.

Tajjeb li taħseb fuq il-problemi, imma HU AKTAR IMPORTANTI li ‘tniżżilhom’ fl-aħħar ta’ kull ġurnata qabel tmur torqod…..

B’dan il-mod ma tkunx stressjat iżżejjed u tqum kull filgħodu frisk u b’saħħtek lest biex tiffaċċja kull problema u kull sitwazzjoni diffiċli li tista’ tiltaqa’ magħha.

Għalhekk, meta tibda l-ġurnata, Ftakar ħabib biex ‘Tniżżel it-tazza llum!’

Nidħku ftit…

Sajjied għamel ġurnata sħiħa jistad u ma qabad xejn, iżda ma riedx imur id-dar b’idu vojta għax kien iħobb jiftaħar bħal ħafna mis-sajjieda. Imma billi ma kienx giddieb, mar għand wieħed li jbigħ il-ħut u xtara erba’ sargi sbieħ. Meta wiżinhomlu u ħallashom mar ħdejn il-bieb ta’ barra u qal lill-bejjiegħ :

‘Waddabhomli wieħed wieħed!’

Dak raha stramba l-affari u qallu, ‘Tista’ tgħidli għaliex tridni nwaddabhomlok wieħed wieħed?’

‘Biex lill-mara ngħidilha li qbadthom jien!’

Meħuda minn Mitt Ċajta għall-Widna ta’ Kulħadd – It-Tieni Mija ta’ Salvinu Lombardi

Tislijiet

Elisa Vassallo

Josette Attard

Għalliema tal-PSCD