Kors: Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, tixtieq tgħarraf lill-ġenituri/kustodji ta’ trabi ta’ sena u tfal żgħar sa tliet snin li se terġa’ torganizza l-kors ‘Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema/Parents the First Teachers’. Għal aktar dettalji ara din iċ-ċirkolari:

DELH 049_NLA Ġenituri l-Ewwel Għalliema Ott 2023

The National Literacy Agency within the Ministry for Education, Sports, Youth, Research and Innovation would like to inform parents/guardians of one-year-old babies and toddlers up to 3 years of age that it is going to organise again the course ‘Parents the First Teachers/Il-Ġenituri l-Ewwel Għalliema’ For more details please see this circular:

DELH 049-NLA circular Parents the First Teachers Oct 2023

Jum Dun Karm

Nhar it-18 ta’ Ottubru huwa l-jum iddedikat lil Dun Karm Psaila. Il-klassi tal-4.1 ippreparajna ħarsa qasira lejn ħajjet Dun Karm. It-tfal tgħallmu dwar min kien Dun Karm, fejn għex, minn fejn beda l-karriera tiegħu u fuq kollox għaliex huwa meqjus bħala personaġġ ferm importanti għalina l-Maltin u għal pajjiżna. Fakkarna kemm huwa importanti li bħal m’għamel Dun Karm, ngħożżu l-lingwa tagħna u nkunu kburin biha. Għalaqna l-assembly tagħna billi kantajna l-innu ta’ filgħodu u l-innu Malti flimkien bħala skola, it-tnejn kitbiet ta’ Dun Karm Psaila, sabiex insellmu u nfakkru l-memorja tal-poeta nazzjonali tagħna l-Maltin u nagħtuh ġieħ.  

Ms. M Aquilina