Proġett tal-Arti

Is-Sur Anton Calleja, għalliem tal-Arti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi, ħadem fuq proġett mat-tfal tal-ewwel sena u lesta mural mill-isbaħ. Dan il-mural juri fih tfal żgħar b’xogħolijiet minn tagħhom inkorporati fit-tpinġija. Il-mural twaħħal mal-ħajt ħdejn l-uffiċċju tal-kap tal-iskola u nħeġġu lil kull min jidħol fl-iskola biex jieqaf, iħares, josserva u jammira dan il-proġett tant sabiħ. Grazzi u prosit kbira tmur lis-Sur Anton Calleja li dejjem jissorprendina bil-kapaċita’ artistika tiegħu.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

 

Santa’s Day

Il-Ħamis 10 ta’ Diċembru l-kunsill tal-istudenti tal-iskola organizza Santa’s Day. It-tfal ġew libsin jeans, flokk aħmar u barnuża ħamra. Għal din l-attività l-istudenti taw donazzjoni ta’ €1 għall-Piggy Bank Campaign.

L-istudenti li jagħmlu parti mill-kunsill tal-istudenti ġabru l-flus tal-klassijiet kollha u tefgħuhom lkoll flimkien fil-piggy banks. Minn din l-attività l-kunsill tal-istudenti ġabru somma sostanzjali. Il-kunsill tal-istudenti jixtieq jirringrazzja lil kulħadd tal-kontribuzzjoni tagħkom.

Ms Stephanie Magri

Link Teacher

This slideshow requires JavaScript.