Reminder – Parental Skills

Għeżież Ġenituri

Il-kors tal-Parental Skills se jibda nhar it-Tlieta 12 ta’ Jannar 2016 mis-sitta sat-tmienja tà fil-għaxija fis-sala tal-iskola. Tajjeb li nfakkrukom li dan il-kors huwa b’xejn u jikkonsisti f’sitt sessjonijiet tà sagħtejn ‘il waħda. F’dan il-kors se jiġi diskuss it-trobbija tal-ulied li huma tant għeżież  għalina. Inħeġġukom tapplikaw  billi tieħdu formola mingħand is-segretarja jew iċċemplu l-iskola. Dawk li diġà applikaw fil-bidu tas-sena skolastika m´għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw.

Narawkom.

N. Saliba.

Reminder – Fronter Portal Access Meetings

Għeżież ġenituri/kustodji legali

Id-Dipartiment tal-eLearning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq jistedinkom għal-laqgħa li ser issir nhar il-Tnejn 25 ta’ Jannar 2016 fil-kulleġġ San Injazju fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi fid-9.30am

Matul din il-laqgħa sejrin tiġu nfurmati dwar kif intom bħala ġenituri/kustodji legali tistgħu żżommu ruħkom aġġornati dwar l-edukazzjoni t’uliedkom, billi tkunu tistgħu taraw kif is-sistema tal-iLearn tħaddmuha u taraw il-marki tal-eżamijiet fost affarijiet oħra.

Grazzi

Jeffrey Zammit
Uffiċjal Edukattiv eLearning

Fronter Portal Access Meetings