Go Blue day in aid of Caritas Malta

Għeżież ġenituri,

Biex nagħlqu l-Be a Buddy Week, nhar il-Ħamis, 9 ta’ Frar ser nagħmlu Go Blue Day.  Qed nistiednu lit-tfal biex dakinhar jiġu l-iskola libsin casual, basta jkunu libsin xi ħaġa blu, kulur li hu assoċjat mal-anti-bullying.  Qed nistidnihom ukoll biex iġibu €1.  Il-flus miġbura ser jingħataw lill-Caritas Malta, organizzazzjoni li taħdem ħafna ma’ vittmi ta’ inġustizzji u vizzji.

N. Saliba

Kap tal-iskola

goblue-poster

Aqra u Irrifletti – Kieku u kien… qatt ma ltaqgħu flimkien

Tant kien ilu jgħidli bl-ikla li kien mistieden għaliha, li malli rajtu staqsejtu kif kien mar.

Weġibni: “ Li kieku s-soppa kienet sħuna daqs l-inbid,

U li kieku l-inbid kien antik daqs it-tiġieġa,

U li kieku t-tiġieġa kienet tarja daqs il-waitress li

servietna,

u li kieku l-waitress kienet minn tagħna daqs ix-xiħa li

kien hemm maġenbi… kieku kont nieħu gost.”

“Li kieku jaħasra…” Kemm il-darba naħsibhom u anke ngħidhom   dal-kliem. Jien, ngħid għalija, l-affarijiet mhux dejjem jiġu kif nixtieqhom – anzi rari! U tgergira kultant irridha ħa nneħħi dak li jkolli fuq l-istonku tiegħi; imma kultant nsibni qed naħli ħafna ħin neqred u ngerger kemm l-affarijiet qed jaħqruni!”

Il-ħabib tiegħi ġabni fiha – dat-tgergir żejjed la jgħin lili, la ħa jirranġa l-affarijiet u fuq kollox idejjaq ħafna lil min ikun miegħi. Se nħallu d-dwejjaq jiġru bina u joħduna magħhom?… mhux aħjar jekk infittxu l-ferħ tagħna band’oħra?

Tislijiet,

L-Għalliema tal-PSCD