Author: Siggiewi Primary
Uniformi tas-Sajf
Għeżież Ġenituri
Peress li s-sħana tas-sajf bdiet tinħass sew, qegħdin nitolbukom biex minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Mejju lit-tfal ibagħtuhom bl-uniformi tas-sajf. Min iħoss il-frisk filgħodu jista’ jilbes cardigan.
Grazzi
N Saliba
Library Week
Fl-okkażjoni ta’ Library Week l-iskola Primarja Siġġiewi organizzat numru ta’ attivitajiet fosthom special assemblies, D.R.O.P. (drop everything and read), taħdita mill-awtur Trevor Zahra u l-aħwa Mark u Nicholas Caruana, fejn l-istudenti ġew murija l-filmat ta’ Qrempuċu u l-istudenti kellhom ukoll ġurnata speċjali fejn kulħadd kien imħeġġeġ jilbes ta’ karattru minn ktieb. Kienet ġimgħa mpenjattiva iżda interessanti għall-istudenti kollha. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet kien l-istudenti jgħarfu li l-ktieb hu l-aqwa ħabib u b’hekk jitħajru jaqraw dejjem aktar.
