L-iskola Primarja Siġġiewi ngħatat il-Gold Award bħala Book Champion School. Dan l-award ġie mogħti lill-iskola mill-Aġenzija tal-Litteriżmu għall-impenn sħiħ tal-iskola fil-qasam tal-qari.
N. Saliba

Għeżiez Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom li mill-1 ta’ Ġunju l-iskola tibda fit-8.15 am għat-tfal tal-primarja u l-bieb jingħalaq fit-8.30am għat-tfal tal-kindergarten.
Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom billi ma tibagħtux it-tfal tard l-iskola.
Grazzi
N Saliba
Ix-xahar ta’ Mejju huwa iddedikat lill-Madonna. B’hekk fis-17 ta’ Mejju saret attivita’ ħelwa fl-iskola tas-Siġġiewi fejn it-tfal kollha nġabru fis-sala u faħħru lill-Madonna permezz ta’ talb u kant. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-ikbar tifel u l-iżgħar tifla tal-iskola nkurunaw lill-Madonna billi poġġew kuruna fuq rasha. Kienu ħafna t-tfal li ġabu magħhom xemgħa u fjuri bħala offerta għall-Madonna li tant tħarisna.