Entry into the Malta Visual and Performing Arts School

Dear Parents/Legal Guardians,
The Malta Visual and Performing Arts School will be receiving applications from students who, as from the next scholastic year, wish to pursue their academic studies as well as further their studies in the visual or performing art form they excel in.
All students from Malta and Gozo, born in 2013, who will successfully complete their sixth year at Primary School and who are deemed talented and promising in the respective visual or performing art form, are eligible to apply for entrance into the Malta Visual and Performing Arts School.

For more details please see this circular:

DES 01.2024 – MVPA Admissions 2024-2025 – ENG

Għeżież Ġenituri/Kustodji Legali,
L-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva ser tilqa’ applikazzjonijiet minn studenti li mis-sena skolastika li jmiss jixtiequ jkomplu l-istudji akkademiċi tagħhom, kif ukoll jitħarrġu fl-arti viżwali u performattiva li jeċċellaw fiha.
Din l-iskola tilqa’ fi ħdanha studenti bniet u subien minn Malta u Għawdex li twieldu fl-2013, li se jtemmu b’suċċess is-sitt sena tagħhom fl-Iskola Primarja u li huma meqjusa b’talent prominenti fl-arti viżwali u performattiva. Dawn l-istudenti huma eliġibbli biex japplikaw għad-dħul fl-Iskola Nazzjonali tal-Arti Viżwali u Performattiva.

Għal aktar dettalji ara din iċ-ċirkolari :

DES 01.2024 – Dħul fl-Iskola tal-MVPA 2024-25 – MLT

Awguri

F’isem l-istaff kollu tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, nixtieq nawguralkom Milied hieni u sena ġdida mimlija risq u saħħa.

Ms N Saliba

On behalf of all the school staff, I would like to wish you a joyful Christmas and a happy new year.

Ms N Saliba

card

Niċċelebraw il-Milied Flimkien

Nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru, ġie organizzat kunċert tal-Milied fejn it-tfal kollha tal-iskola – mill-klassijiet tal-kindergarten sa dawk tas-sitt sena- kellhom l-opportunita’ li jippreżentaw żfin, kant u reċti quddiem il-ġenituri tagħhom. Is-sigħat ta’ rehearsals u preparamenti oħra laħqu l-milja tagħhom f’wirjiet spettakolari li ferrħu lil kull min kien preżenti.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru, saret il-purċissjoni bil-Bambin matul il-kuruturi tal-iskola. Il-purċissjoni spiċċat fis-sala tal-iskola, fejn sar programm qasir li kien jinkludi kant tal-Milied, il-priedka tradizzjonali tal-Milied u messaġġ tal-okkażżjoni mill-Arċipriet. Ittellgħu ukoll xi premijiet u ma kienx jonqos li jiġi jżurna l-Father Christmas! Wara, kull klassi organizzat festin tal-okkażżjoni fil-klassijiet rispettivi.

Dan kien mod sabiħ kif flimkien iċċelebrajna l-Milied fl-aħħar jiem tal-ewwel term.