Author: Siggiewi Primary
World Down Syndrome Day
Għada, il-21 ta’ Marzu, hija ġurnata ddedikata għal persuni bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome. Aħna ser niċċelebraw din il-ġurnata billi ningħaqdu mal-kampanja #lotsofsocks u min irid, jiġi l-iskola liebes kalzetta kulur u kalzetta kulur ieħor. Lil hinn, mill-kulur tal-kalzetti, l-aktar ħaġa importanti hi li niffukaw fuq dak li huma kapaċi jagħmlu persuni bid-Down Syndrome u li nirrealizzaw li anke huma għandhom id-drittijiet tagħhom.
Attivita’ tal-Karnival
Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ zfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema u mhux l-inqas farsa mtella’ mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehemu speċjalment lil Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet zifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis- sound u d-dwal.
Prosit u Grazzi
N. Saliba
