Fun Fruit Day

Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Mejju, bosta tfal marru d-dar b’togħma aktar ħelwa u bnina minn tas-soltu. Il-Kunsill tal-Istudenti organizza Fun Fruit Day.  L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien biex issa li beda l-istaġun tal-frott inħajru aktar tfal jieklu l-frott. Għaldaqstant dakinhar it-tfal setgħu jixtru smoothie magħmul minn frott u ħalib frisk.  B’kollox kien hemm madwar 470 tifel u tifla li ħadu smoothie, għaldaqstant nistgħu ngħidu li din l-attivita’ kienet suċċess kbir.  Nixtiequ nirringrazzjaw lil numru sabiħ ta’ ġenituri li ħadmu qatigħ fil-preparamenti u t-tqassim ta’ dawn l-ismoothies kollha.  Mingħajrhom din l-attività, bħal ħafna attivitajiet oħra, ma kinitx tkun possibbli.

This slideshow requires JavaScript.

Cottonera Resource Centre – Summer School 2018

APPLIKAZZJONIJIET Skola Sajf XjenzaManija
EtàMinn 8 snin magħluqa u mhux ikbar minn 12-il sena u 11-il xahar magħluqa sat-2 ta’ Lulju 2018. Applikazzjonijiet għal tfal li huma iżgħar jew akbar mhux se jkunu aċċettati.
Perjodu: 6 ġimgħat mit-2 ta’ Lulju sa l-10 ta’ Awwissu
Dawk interessanti għandhom japplikaw kif ġej:
It-Tnejn 28 sal-Erbgħa 30 ta’ Mejju – Ser jiġu aċċettati BISS applikanti mill-Kottonera, iġifieri Isla, Bormla u Birgu. Postijiet huma limitati. Ser jiġu aċċettati massimu ta’ 40. 
Il-Ħamis 31 ta’ Mejju sal-Ġimgħa l-1 ta’ Ġunju – Ser jiġu aċċettati applikanti mill-kumplament tal-lokalitajiet biex jimlew il-kumplament tal-postijiet offruti. Postijiet huma limitati. Ser jiġu aċċettati massimu ta’ 20.
Ġenituri/gwardjani għandhom igibu magħhom il-karta tal-identità tagħhom u ċċertifikat tat-twelid tat-tfal li jkunu se jattendu. Mhux se jkunu aċċettati applikazzjonijiet mingħajr dawn id-dokumenti.
Ħlas: Parteċipanti mill-Kottonera – 100 (sussidjat)
          Parteċipanti minn barra l-Kottonera – €200           
Formula tal-applikazzjoni mehmuża.

Inkurunazzjoni tal-Madonna

Ix-xahar ta’ Mejju huwa iddedikat lill-Madonna. B’hekk fis-16 ta’ Mejju saret attivita’ ħelwa fl-iskola tas-Siġġiewi fejn it-tfal kollha nġabru fis-sala u faħħru lill-Madonna permezz ta’ talb u kant. Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ l-ikbar tifel u l-iżgħar tifla tal-iskola nkurunaw lill-Madonna billi poġġew kuruna fuq rasha. Kienu ħafna t-tfal li ġabu magħhom xemgħa u fjuri bħala offerta għall-Madonna li tant tħarisna.

N. Saliba

 

 

This slideshow requires JavaScript.