Għeżież Ġenituri
Nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li s-sit tal-MEDE l-ġdid huwa nextyear.edu.mt.
Nixtieq ukoll nawguralkom is-Sajf it-tajjeb f’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi.
Grazzi
N. Saliba

Fl-aħħar jiem tal-iskola, il-Kunsill tal-Istudenti organizza Crazy Hair Day. L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien li ngħalqu s-sena skolastika b’xi ħaġa li tnissell tbissima u tnaqqas xi ftit mit-tensjoni li, inevitabilment, l-eżamijiet iġibu magħhom. Bħalma jixhdu r-ritratti t’hawn taħt, dan l-għan intlaħaq sew. Nixtiequ ngħidu prosit lil kull min ħa sehem. Il-kreatività ta’ ħafna ġenituri, tfal u għalliema kienet xi ħaġa li spikkat ferm. Grazzi mill-qalb lill-Kunsill tal-Istudenti ta’ din l-idea sabiħa.
To access the school calendar for scholastic year 2018-19 please click here: School Calendar 2018-19