Author: Siggiewi Primary
Jum Dun Karm
It-tfal tal-klassi 6.3 ippreparaw assembly speċjali lejliet l-għeluq il-147 sena mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Wara riċerka li għamlu l-istudenti tal-istess klassi individwalment, inħoloq rakkont f’forma ta’ intervista. Kienu diversi mistoqsijiet li ħarġu spunti dwar ħajjet Dun Karm Psaila, kif ukoll twassal messaġġ sabiex inkunu iżjed grati u nagħmlu użu aħjar mil-lingwa tagħna, il-Malti. Inqaret ukoll poeżija miktuba minn Dun Karm Psaila stess – ‘Nar tat-Tiben?’, kif ukoll bħala skola sħiħa, kif isir kull filgħodu tkanta l-Innu Nazzjonali ta’ Malta li wkoll ġie miktub mill-istess poeta. Din l-attività kienet ta’ interess għall-istudenti għax ġie muri kif dan il-poeta kien tifel bħalhom u għamel suċċess f’ħajtu bil-kitbiet letterarji tiegħu u l-kontribuzzjoni kbira li ta lil-lingwa Maltija.
C. Ciappara
Medical Record Cards
Infakkrukom li kull student li għalaq il-5 snin għandu jkollu Medical Record Card li tiġi ffirmata mit-tabib meta dan jagħmel ċertifikat tal-mard u li tibqa’ tintuża minn sena għall-oħra. Nitolbukom tinfurmaw l-iskola jekk għandkom bżonn ta’ din il-Medical Record Card.
N. Saliba





