| Year Group | Time | Item |
| Yr 2s | 9:00 – 9:15 | He’s got the whole World
Christmas all over the World There is a Child |
| Yr 1s | 9:15 – 9:30 | Jingle Bell Rock
It is Christmas Time All I want for Christmas |
| KG 2.2, KG 2.4, KG 2.5 | 9:30 – 9:40 | Oh! Happy Days
I will follow him |
| KG 2.1, KG 2.3 | 9:40 – 9:45 | The Santa Claus Rock
Jingle Bells |
| KG 1.1, KG1.3, KG 1.4 | 9:45 – 9:50 | Reindeer Pocky
I’m a little Star Oh! What a special Night |
| KG 1.5, KG 1.7 | 9:50 – 10:00 | We all clap hands together
Give thanks with a grateful heart |
| KG 1.2, KG 1.6 | 10:00 – 10:10 | I’ve got peace like a river
Il-Marċ tal-Milied |
| INTERVAL | ||
| Yr 4.1, Yr 4.4 | 10:30 – 10:40 | What, no Santa! |
| Yr 5.3 | 10:40 – 10:45 | Can’t wait for Christmas |
| Yr 3s | 10:45 – 11:05 | Il-Vjaġġ ta’ Lejlet il-Milied |
| Yr 5.2 | 11:05 – 11:10 | Santa is Coming to Town |
| Yr 5.1 | 11:10 – 11:15 | Don’t let me down |
| Yr 4.2, Yr 4.3 | 11:15 – 11:30 | Radju Mgerfex |
| Yr 6s | 11:30 – 11:45 | Blinded by your Grace
Driving Home for Christmas |
Author: Siggiewi Primary
Avviż- 7 ta’ Diċembru
Għeżież Ġenituri
Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru l-iskola tispiċċa f’11.45am għat-tfal tal-kindergarten, filwaqt li għat-tfal tal-primarja l-iskola tispiċċa f’12.00.
Grazzi
N Saliba
Il-Jum Dinji Tat-Tfal
Fl-20 ta’ Novembru jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal. Jum, li kif tissuġġerixxi l-UNICEF, għandu jkun għat-tfal, imħejji mit-tfal.
F’din il-ġurnata, il-UNICEF tippromwovi l-idea ta’ dinja fejn it-tfal ikollhom sehem f’deċiżjonijiet importanti; sehem f’deċiżjonijiet politiċi, edukattivi kif ukoll dawk relatati mal-ambjent.
Filfatt, dan hu li sar fl-iskola tagħna f’din il-ġurnata waqt ‘assembly’ speċjali imtella’ mit-tfal tal-klassi Yr 6.2 fis-sala tal-iskola. Din l-assembly ġiet ippreparata mit-tfal stess waqt il-ħin tal-iskola, fejn fi gruppi ħasbu f’modi differenti ta’ x’jagħmlu kieku kienu għalliema, bennejja, pulizija u mexxejja ta’ xi pajjiż. Dawn l-ideat inqraw fis-sala mit-tfal tal-Yr6.2 u magħhom intwerew ukoll filmati ferrieħa dwar din il-ġurnata. Fost is-suġġerimenti mogħtija mill-istudenti, issemmew li l-iskola jkollha ‘healthy take aways’. Issemmew ukoll li f’Malta jkun hawn aktar bini ta’ ċentri sportivi, iktar rondi frekwenti mill-pulizija kif ukoll li jitrawwem sens ta’ rispett fost iċ-ċittadini.
Għal din l-okkażjoni t-tfal, l-għalliema u l-LSEs ta’ din il-klassi libsu flokkijiet blu. Dan il-kulur huwa abbinat mal-Jum Dinji tat-Tfal. L-‘assembly’ spiċċat permezz ta’ twaddib ta’ bżieżaq blu u ċapċip tat-tfal.
S.Richard