Aqra U Irrifletti

NOTA WAĦDA

 

Kieku kull nota tal-mużika kellha tgħid:

Nota waħda ma tagħmilx sinfonija…

Ma jkun hemm l-ebda sinfonija.

 

Kieku kull kelma kellha tgħid:

Kelma waħda ma tagħmilx ktieb…

Ma jkun hemm l-ebda ktieb.

 

Kieku kull qatra ilma kellha tgħid:

Qatra waħda ma tagħmilx oċean…

Ma jkun hemm l-ebda oċean.

 

Kieku kull żerriegħa kellha tgħid:

Qamħa waħda ma tagħmilx għalqa qamħ…

Ma jkun hemm l-ebda ħsad.

 

Kieku kull wieħed minna kellu jgħid:

Att wieħed ta’ mħabba ma jistax isalva l-umanità,

Qatt ma jkun hemm ġustizzja u sliem fuq wiċċ l-art.

 

Mela, Ibda int, issa…

Għalfejn qed tistenna?

 

 

Tislijiet,

L-għalliema tal-PSCD

Santa’s Day

Santa’s Day

Bħas-snin l-imgħoddija ser nagħmlu Santa’s Day b’riżq il-Community Chestfund. Din is-sena ser tkun nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru, 2018.  Dakinhar it-tfal huma mħeġġa jiġi libsin top aħmar u barnuża ħamra bħal ta’ Santa Klaws.  Minbarra l-barnuża ħamra jistgħu jintlibsu headbands jew nuċċalijiet relatati mal-Milied.  Qed nitolbukom ukoll biex tibagħtu €1.  Il-flus miġbura ser jingħataw lill-Piggy Bank Campaign, li hi parti mill-Community Chestfund. 

R. Peresso