Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Jannar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Author: Siggiewi Primary
Tfakkira
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ nfakkrukom li għada l-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru fl-iskola jkun hemm il-purċissjoni bil-Bambin u wara l-party tat-tfal li jispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder, filwaqt li l-party għat-tfal tal-primarja jispiċċa f’12.00. Wara l-party it-tfal jinżlu mal-għalliema fil-foyer u joħorġu klassi, klassi bħas-soltu.
F’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi, nixtieq nawguralkom Milied Ħieni u s-sena t-tajba lilkom u lill-familji tagħkom.
Grazzi
N Saliba
Avviż
Għeżież Ġenituri
Nixtiequ ninfurmawkom li fil-31 ta’ Jannar 2019 l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.
Fit-13 ta’ Frar 2019 l-iskola tispiċċa f’10.45 għat-tfal tal-kinder u fil-11.00 għat-tfal tal-primarja.
F’dawn il-ġranet, l-għalliema, il-KGEs u l-LSEs kollha jkunu nvoluti f’sessjonijiet ta’ taħriġ.
Grazzi
N Saliba