Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.
Author: Siggiewi Primary
Sports Day
Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar saret l-isports day għat-tfal tal-primarja kollha fil-Basketball Pavilion Ta’ Qali. Din kienet ġurnata mimlija logħob għat-tfal. Minbarra logħob differenti kien hemm ukoll żfin. It-tfal kollha ngħataw midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attività. Il-ġenituri kienu mistiedna u dawn ħadu sehem attiv fiż-żfin. Il-ġenituri u l-għalliema ukoll ipparteċipaw permezz ta’ żewġ logħbiet: tug of war u relay, fejn ikkompetew kontra xulxin! Filfatt din is-sena kienu l-ġenituri li rebħu fiż-żewġ logħbiet!
Grazzi kbira tmur għas-Sur Alan Ellul, Steve Schembri u Jean Claude Dimech, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika, tal-għajnuna biex ittellgħet din l-attività.
Kunsill Skolastiku – Elezzjonijiet
L-elezzjoni sejra ssir bejn l-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2019 u t-Tnejn, 4 ta’ Frar 2019. L-elezzjoni din is-sena sejra ssir onlajn. It-tifel/tifla tiegħek ġab/ġabet kodiċi mill-iskola. Il-kodiċi għandu tliet ittri u tliet numri. Biex tivvota trid tidħol fis-sit schoolcouncilelections.edu.mt, iddaħħal il-kodiċi li ġab/ġabet it-tifel/tifla tiegħek u tagħfas il-buttuna: Kompli. Fil-pront tinfetaħ paġna oħra bl-ismijiet tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni fl-iskola tat-tifel/tifla tiegħek. Tista’ tagħżel mhux aktar minn tliet kandidati. Tista’ tuża kompjuter, tablet, smartphone jew tmur l-iskola nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa jew it-Tnejn (31 ta’ Jannar, 1 u 4 ta’ Frar) bejn id-9.00 a.m. u s-1.30 p.m. u tuża kompjuter tal-iskola. Ikun hemm persuna biex tgħinek tivvota imma importanti li jkollok il-kodiċi miegħek biex tkun tista’ tivvota.
Il-ġenituri li tistgħu tivvotaw għalihom huma:
Borg Diana
Farrugia Vanessa
Pace Christabelle
Scicluna Simon
Inħeġġukom biex tivvutaw.
Grazzi
Ms N Saliba
Kap tal-Iskola