Author: Siggiewi Primary
Down Syndrome Awareness Day
Hawn taħt hawn ftit ritratti li diversi klassijiet ħadu nhar il-21 ta’ Marzu. Aħna ċċelebrajna dil-ġurnata billi qajjimna kuxjenza fost il-membri tal-komunità skolastika tagħna fuq l-abiltajiet u d-drittijiet li għandhom persuni bis-sindrone tad-downs.
R. Peresso
ArtyMaths
Nhar il-21 ta’ Marzu, it-tfal tal-Kinder 1 u 2, ħadu sehem f’attività interessanti marbuta mal-Matematika – ArtyMaths. B’din l-attività t-tfal fehmu kunċetti matematiċi permezz tal-Arti. It-tfal ħadu ħafna pjaċir jikkrejaw, jiskopru u jużaw il-kuluri biex jiksbu għarfien dwar topiks bħal simmetrija, valur ta’ numri, forom 2D u ħafna oħrajn.
S. Abela