Book Champion School Awards

L-iskola Primarja Siġġiewi ngħatat il-Gold Award bħala Book Champion School għat-tielet sena konsekuttiva.  Dan l-award ġie mogħti lill-iskola mill-Aġenzija tal-Litteriżmu għall-impenn sħiħ tal-iskola fil-qasam tal-qari, speċjalment għall-mod ta’ kif nippromwovu l-qari permezz ta’ attivitajiet diversi fosthom il-Library Week.
 
N. Saliba

Siġar

Bħalma forsi tiftakru, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika konna organizzajna Green Day.  Matulha, it-tfal kollha tal-iskola kienu żergħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni ġo kartun tal-ħalib.  Aħna bqajna nsaqquhom u nindukrawhom.  Dawn li qed taraw fir-ritratti huwa r-riżultat li kellna. B’kollox għandna 43 siġra u arbuxell.  L-aktar li ħadu kienu s-siġar tal-Ħarrub.  Imma għandna wkoll diversi Siġar ta’ Ġuda, Ċipress, Alaternu u Qarn il-Mogħża.
Issa nkomplu niedu ħsiebhom fix-xhur sħan u xotti tas-sajf, biex f’Ottubru nħawluhom fil-ħamrija.
R. Peresso