Jum l-Għalliema

Bħal kull sena f’ Ottubru niċċelebraw Jum l-Għalliema.  B’hekk fl-iskola kellna Special Assembly iddedikata għal dan il-għan.  Din l-Assembly ġiet imtella’ mit-tfal tar-raba’ sena li qegħdin fil-klassi ta’ Ms Stephanie Brownrigg bl-għajnuna tal-LSEs tal-klassi, Ms Priscilla Vella u Ms Yanika Tonna. It-tfal qraw messaġġi dwar l-importanza tax-xogħol tal-ghalliema u l-benefiċċji li dan iħalli. Fl-aħħar nett, l-edukaturi  ngħataw qronfla bħala apprezzament ta’ dak kollu li jagħmlu għall-ġid tat-tfal tal-iskola kollha.

Grazzi kbira tmur lill-edukaturi kollha.

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Animal Awareness Day

Nhar il-Ġimgħa, 4 t’Ottubru kienet il-festa ta’ San Franġisk u peress li dan il-qaddis kellu għal qalbu l-annimali, fl-iskola ċċelebrajna Animal Awareness Day fejn it-tfal ġabu l-pets magħhom l-iskola u tbierku mill-Arċipriet Fr. Josef Mifsud.  Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni ngħallmu lit-tfal iħobbu l-annimali kollha u jifhmu l-importanza tal-annimali fil-ħajja tagħna u li dawn ukoll għandhom id-drittijiet tagħhom!

N Saliba

This slideshow requires JavaScript.