Jum is-Siġġiewi

Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu, iċċelebrajna Jum is-Siġġiewi fl-iskola tagħna.  Il-klassi tar-raba’ sena 4.2 ippreparat preżentazzjoni speċjali biex niftakru aktar f’raħal twelidna.  Xi tfal fi gruppi ppreparaw Show and Tells fejn fiha qassmu xi tagħrif ġenerali dwar is-Siġġiewi, dwar il-widien li għandna fih, il-knisja l-antika u dik preżenti u anke dwar il-festa tar-raħal.  Wara ltqajna ma’ tmint itfal li laqqgħuna ma’ personalitajiet magħrufa fis-Siġġiewi.  Dawn huma l-Granmastru Ferdinand Hompesch, Ġuże Aquilina, Lorenzo Gafa’, Karmenu Vassallo, Albert Fenech, Dun Pawl Laferla, Nikola Zammit u Pawlu Aquilina.  Meta rajna kemm dawn in-nies ħadmu biex is-Siġġiewi sar dak li hu llum, nifhmu aktar kemm għandna nkunu kburin li ngħixu f’Citta Ferdinand.
Għal din l-okkażżjoni kienu mistiedna membri tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u tal-Kunsill Skolastiku.
Seta’ kien akbar, seta’ kien isbaħ, raħal twelidi jogħġobni sħiħ!
S. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-Benchmark – Tfakkira

Għeżież Ġenituri

Dear parents

Nixtiequ nfakkrukom li se ssir laqgħa ta’ informazzjoni bi tħejjija għall-Benchmark ta’ tmiem il-Primarja 2020.

We would like to remind you that there will be an information meeting  about the end of Primary Benchmark exams 2020.

Data : 10 ta’ Marzu 2020

Date: 10th March 2020

Ħin : 6:00pm – 7:30pm

Time : 6:00pm – 7:30pm

Post : Kulleġġ San Injazju, Skola Primarja Siġġiewi (dħul minn Triq l-Iskola)

Venue: St Ignatius College, Siġġiewi Primary School (entrance from School Street)

Il-preżenza tagħkom hi ferm apprezzata.

Your presence is highly appreciated.

Ms Maria Pace

College Principal