From Our Nurture Class: Being Thankful

Għeżież ġenituri u kustodji,

Nisperaw li tinsabu tajbin.

Illum qed nibagħtulkom xi riżorsi dwar l-importanza li nkunu qalbna tajba u li napprezzaw il-ġesti twajba ta’ ħaddieħor. Huwa importanti li t-tfal sa minn eta’ żgħira jitgħallmu dan biex b’hekk inkunu aktar kuntenti u nagħmlu l-ġid lil saħħitna. Kull attivita’ għandha rakkomandazzjoni għal liema eta’ hi u linji gwida ta’ kif issir.

Grazzi tal-attenzjoni tagħkom.

Tislijiet,

Ms Janice & Ms Claire

Tim tan-Nurture

Dear parents and guardians,

We hope that you are doing fine.

Today we are sending some resources about the importance of being kind and to appreciate the kindness of others. It is important that children learn from an early age that in this way we also feel happier and it is also beneficial for our health. Each activity has the recommended age group and guidelines as to how to go about it.

Thank you for your attention.

Regards,

Ms Janice & Ms Claire

Nurture Team

 

X’inhi gratitudni? / What is Gratitude?

https://www.youtube.com/watch?v=T5Umo80x9og

  • Adattata għall-istudenti kollha.
  • Tkellem ma’ uliedek fuq x’inhi gratitudni. Ara l-vidjow u iddiskuti.
  • Recommended for all students.
  • Talk with your children about what gratitude is. Watch the video and discuss.

Nuru gratitudni lill-frontliners waqt Covid-19

Showing gratitude to the frontliners during Covid-19

https://www.youtube.com/watch?v=DDk5EjDgIIE

  • Adattata għall-istudenti kollha.
  • Recommended for all students.

Ħin għall-istorja/ StoryTime – Be Kind   

https://www.youtube.com/watch?v=kAo4-2UzgPo

  • Adattata għall-istudenti kollha.
  • Recommended for all students.

I am thankful worksheets

  • Adattata għall-istudenti ż-żgħar.
  • Importanti:

Iddiskuti ma’ uliedek l-affarijiet li huma grati għalihom.

Pinġi dawk li ntagħżlu.

Imla l-parti t’isfel bil-kitba jew tpinġija.

  • Recommended for the younger students.
  • Important:

Discuss with your child the things that they are grateful for. 

Colour the ones chosen.

Fill in the bottom part either by writing or by drawing.

  • Adattata għall-istudenti l-kbar.
  • Ħares lejn l-istampi u pinġi dawk l-affarijiet li inti grat/a tagħhom.
  • Ikteb paragrafu żgħir dwar l-affarijiet li inti grat.
  • Recommended for the older students.
  • Look at the pictures and colour the things that you are grateful for.
  • Write a short paragraph about what you are thankful for.

Ejja nkantaw … /Let’s Sing

https://www.youtube.com/watch?v=zWlyVshRTvw

https://www.youtube.com/watch?v=YeSdQmO51Ps

  • Adattati għall-istudenti kbar u adulti.
  • Riflessjoni: Kif ħassejtek wara li rajt il-vidjows?
  • Kellek aptit tkanta u tiżfen?
  • Qgħadt attent/a għall-kliem?  Erġa’ isma’.

 

  • Recommended for the older students and adults.
  • Reflection: How do you feel after watching these videos?
  • Did you feel like singing and moving? 
  • Did you listen carefully to the words?  Listen again.

Ħin tal-kraft/ Time for Crafts

 Origami Ninja Star Thankful Ornaments

 

https://www.youtube.com/watch?v=ML732xrZ4O8

Importanti:

Qabel ma tibda tagħqqad il-partijiet flimkien, ikteb l-affarijiet li inti grat tagħhom.  Tista’ tikteb xi ħaġa kuljum jew kull ġimgħa jew kull meta jkollok ċans.

Important:

Before you assemble them, write on the back of each piece something for which you are thankful.  You can do this daily or weekly or whenever you have a little time.

 

 

 

 

Cyberbullying – Tips for Parents

Keep yourself SAFE ONLINE!!!

There are lots of things you can do to keep yourself safe online.

  • Think before you post
    Don’t upload or share anything you wouldn’t want your parents, carers, teachers or future employers seeing. Once you post something, you lose control of it, especially if someone else screenshots or shares it.
  • Don’t share personal details
    Keep things like your address, phone number, full name, school and date of birth private, and check what people can see in your privacy settings. Remember that people can use small clues like a school logo in a photo to find out a lot about you.
  • Watch out for phishing and scams
    Phishing is when someone tries to trick you into giving them information, like your password. Someone might also try to trick you by saying they can make you famous or that they’re from a talent agency. Never click links from emails or messages that ask you to log in or share your details, even if you think they might be genuine. If you’re asked to log into a website, go to the app or site directly instead.
  • Think about who you’re talking to
    There are lots of ways that people try to trick you into trusting them online. Even if you like and trust someone you’ve met online, never share personal information with them like your address, full name, or where you go to school. Find out more about grooming.
  • Keep your device secure
    Make sure that you’re keeping your information and device secure.
  • Never give out your password
    You should never give out your password or log-in information. Make sure you pick strong, easy to remember passwords.
  • Cover your webcam
    Some viruses will let someone access your webcam without you knowing, so make sure you cover your webcam whenever you’re not using it.

Deborah Sciberras

Anti-Bullying Guidance Teacher

Kif Tipproteġi lilek innifsek ONLAJN

 

Hawnhekk għandek issib xi punti ta’ kif tista’ tiprotteġi lilek innifsek meta tkun qed tuża’ mezzi ta’ komunikazzjoni onlajn.

 

Aħseb qabel tikteb

Ftakar li meta tella’ xi ħaġa onlajn dik ħa tibqa’ hemm għal dejjem. Mela importanti li taħseb sew qabel ma titfa’ xi ħaġa onlajn speċjalment xi ritratti jew vidjows. Ladarba ttella’ stampi, kitba jew vidjows onlajn, int TITLEF kull kontrol ta’ min jista’ jarahom jew jixxerjahom.

 

Tixxerjax affarijiet personali

Importanti ħafna li qatt ma tagħti dettalji personali tiegħek bħal indirizz, numru tat telefown jew skola fejn tattendi lil nies li ma tafhomx. Iċċekkjaw sew fil profili tiegħek li tissettja dawn id- dettalji bħala privati u li ħadd ma jkollu aċċess għalihom. Oqgħod attent ukoll meta tippostja xi ritratti li ma jkunx hemm dettali żgħar bħal pereżempju l-arma jew l-isem tal-iskola li tattendi.

 

Attent għal “Scams”

Meta titkellem ma’ nies li ma tafhomx oqgħod attent li ma jippruvawx isaqsuk domandi biex tgħaddilhom informazzjoni privata tiegħek bħal xi “passwords”. Importanti li min ma tafuhx ma tkellmuhx, anzi tibblokkjawh. Attenti wkoll minn xi messaġġi jew emails li jkunu scams.

 

Aħseb ma’ min qed titkellem

Meta qed titkellem ma’ xi ħadd onlajn, m’ għandekx provi ta’ dak li qed jgħidlek. Il-profil jew ir-ritratti jistgħu faċilment ikunu profili “fakes” b’ritratti ta’ nies oħrajn. Qatt titkellmu ma’ nies li ma tafuhomx. Aħseb ftit jekk int tkun miexi fit-triq u tiltaqa’ ma’ xi persuna li ma tafhiex taqbad tkellimha u tagħtiha informazzjoni fuqek? L-istess onlajn, min ma tafux tagħtihx informazzjoni fuqek.

 

QATT tagħti password

Il-passwords huma xi ħaġa li jżommu dettalji u l-profili tagħna siguri. Importanti li dawn il- passwords qatt ma jingħataw lil ħadd, sakemm mhux il-ġenituri tagħna jew min qed jieħu ħsiebna. Importanti ukoll li kull ċertu żmien dawn il-passwords inbiddluhom.

 

Tħallix il-kamera mixgħula il-ħin kollu

Hawn viruses fuq il-kompjuters li jaċċessaw il-webcam tagħkom anke meta intom m’intomx tużawha, għalhekk meta m’intomx tagħmlu użu minnha, itfuha.

 

Deborah Sciberras

Anti Bullying Guidance Teacher