Messaġġ mill-Kap Tal-Iskola

Għeżież Ġenituri
Waslet fi tmiemha sena skolastika oħra.  Minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi li ġabu magħhom dawn l-aħħar xhur, konvinta li grazzi għall-ħidma tal-edukaturi kollha u tagħkom il-ġenituri, it-tagħlim xorta waħda sar għalkemm b’modi differenti.
Min-naħa l-oħra, minkejja li l-iskola kienet magħluqa, kien qed isir ħafna xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ. Sar tibjid fil-klassijiet kollha u fil-foyer, twaħħlu fire alarms f’kull klassi u nxtraw diversi tipi ta’ għamajjar ġodda għal ġol-klassijiet. Saret ukoll vetrina taħt it-taraġ fejn ser jitpoġġew xi affarijiet li kienu magħluqa fil-mużew tal-edukazjoni, biex ikun jista’ jarahom kulħadd. Twaħħlu wkoll fannijiet ġodda u iktar b’saħħithom fis-sala tal-iskola. Aktar xogħol ser ikun qed jitkompla fis-sajf.
Minn qalbi, f’isem l-amministrazzjoni u l-istaff tal-iskola nawguralkom is-sajf it-tajjeb lilkom u lill-familji tagħkom.  U lit-tfal nfakkarhom kemm hu importanti, minbarra li jiddevertu u jistrieħu, li jaqraw ftit kuljum.
Grazzi
N Saliba
Dear Parents
Another scholastic year has come to an end.  Despite all the difficulties and challenges that we were faced with during these past months, I strongly believe that teaching and learning continued throughout, thanks to the hard work of all educators and your support as parents.
Although the school was closed during this period, a lot of maintenance work has been done including redecorating of all the classrooms and the foyer, and installation of a fire alarm in each classroom.  New furniture has been bought for classrooms and there is a new showcase under the main staircase for the display of things and documents which were in the education museum. New fans were also bought to replace the old ones which were in the school hall. More works will continue during the summer months.
On behalf of the school administration and staff, I would like to wish you all the best for the summer holidays. I would also like to remind all children that besides relaxing and enjoying themselves, they must also read a little everyday.
 
Thanks
N Saliba

From Our Nurture Class: Self Esteem

Għeżież ġenituri u kustodji,

Nittamaw li tinsabu tajbin.

Illum qed nibagħtulkom xi riżorsi dwar l-importanza li nemmnu fina nfusna u fil-kapaċitajiet tagħna – self-esteem.  Din hi meta persuna temmen li hi kapaċi u li għandha valur u għalhekk tapprezza u tħobb lilha nnifisha. Meta t-tfal jitgħallmu jirrispettaw lilhom infushom u jemmnu li għandhom potenzjal ikunu persuni li jħarsu lejn il-ħajja b’pożittivita’. Kull attivita’ għandha l-eta’ għal min hi adattata u linji gwida kif tużawha.

Grazzi tal-attenzjoni tagħkom.

Tislijiet,

Ms Janice & Ms Claire

Tim tan-Nurture

Dear parents and guardians,

We hope that you are doing fine.

Today we are sending some resources about the importance of positive self-esteem. Self-esteem is when an individual has self-worth and personal value, as s/he appreciates and likes him/herself. When children learn to respect themselves and believe in their potential they will be happy persons. Each activity has the recommended age group and guidelines as to how to go about it.

Thank you for your attention.

Regards,

Ms Janice & Ms Claire

Nurture Team

 

X’inhi ‘self-esteem’? /What is self-esteem?

 

https://www.youtube.com/watch?v=M6H0w03GJrQ

 

https://www.youtube.com/watch?v=cDrG89lGYzo

 

  • L-ewwel link ~ Adattata għall-istudenti mir-raba’ sas-sitt sena.
  • It-tieni link ~ Adattata għall-istudenti żgħar.
  • Tkellem ma’ uliedek dwar x’inhi self-esteem. Ara l-vidjow u ddiskuti.
  • The 1st link is recommended for year 4 to year 6 students.
  • The 2nd link is recommended for the younger students.
  • Talk with your children about what self-esteem is. Watch the video and discuss.

 

Nemmen fija u nħobb lili nnifsi / Self-confidence and self-love

https://www.youtube.com/watch?v=A2RlHM8xfmM

  • Adattata għall-istudenti kollha.
  • Recommended for all students.

 

Ħin tal-istorja/ Storytime … 

The reflection in me (2017)

https://www.youtube.com/watch?v=D9OOXCu5XMg

  • Adattata għall-istudenti kbar.
  • Recommended for older students.

 

My self-esteem worksheet

  • Adattata għall-istudenti mit-tieni jew tielet sena ‘l fuq.
  • Importanti: L-istudenti żgħar jistgħu jkunu megħjuna mill-adulti. Għinuhom biex jiftakru f’affarijiet pożittivi.
  • Recommended for students Year 2/3 upwards.
  • Important: The younger ones can be guided by the adults. Remind them of positive things.

Self-esteem … għall-ġenituri u kustodji /For Parents and Guardians

  • Adattata għall-ġenituri u kustodji.
  • Irrifletti fuq kif inti tara lilek innifsek, imbagħad fuq il-mod li tara lil uliedek. Kun pożittiv/a.
  • Recommended for the parents and guardians.
  • Read it. Reflect on your way of seeing yourself, then on the way you see your child.  Be positive.

Positive Self—Talk Flower  

                                              

  • Għażiż/a student/a, aqta’ din il-fjura u waħħalha fil-kamra tiegħek. Tista’ tagħmel waħda inti stess bl-ideat tiegħek!
  • Dear students, cut this out and stick it in your room. You can also create one on your own!

Ejja nkantaw flimkien / Let’s Sing Together

https://www.youtube.com/watch?v=NxzUoJsXrdU

  • Adattata għall-istudenti kollha. (L-istudenti kbar jifhmu l-messaġġ aħjar).
  • Riflessjoni: Kif ħassejtek meta rajt dan il-vidjow? Kellek aptit tkanta u tiżfen? Qgħadt attent/a għall-kliem? Erġa isma’.
  • Recommended for all the students. (Older students will understand the message better).
  • Reflection: How do you feel after watching these videos? Did you feel like singing and moving? Did you listen carefully to the words?  Listen again.

 

Ħin tal-kraft/ Time for Crafts

Positive Self-esteem Bookmarks