‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’

Fit-tieni u t-tielet term tas-sena skolastika 2020-21, il-Promoturi tal-Qari permezz tal-Isport tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se jkomplu jagħmlu l-isfidi kalċistiċi wara l-ħin tal-iskola u fil-vaganzi tal-iskola. Għal dan il-għan, l-Aġenzija qiegħda tilqa’ talbiet mingħand ġenituri/kustodji ta’ tfal, li twieldu fis-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013 li wliedhom jixtiequ jipparteċipaw f’din l-attività. Ftit jiem wara li japplikaw,
il-ġenituri/kustodji jingħataw data, ħin (wara nofsinhar) u post biex uliedhom jagħmlu l-isfida.
Kull min jipparteċipa jingħata ktieb, ċertifikat iffirmat minn ex plejers tat-tim nazzjonali Malti u tifkiriet tal-okkażjoni.
Dawk it-tfal li jirnexxilhom jegħlbu l-isfidi jingħataw żewġ kotba u ballun iffirmat mill-istess promoturi. L-Aġenzija, fit-twettiq ta’ din l-attività, timxi mal-istruzzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà mogħtija mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
Il-ġenituri/kustodji ta’ tfal li huma interessati jistgħu japplikaw billi jimlew il-formola t’hawn taħt u jibagħtuha lil nla@ilearn.edu.mt. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sa mhux iktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu 2021.
Min ikun jixtieq iktar tagħrif fuq din l-inizjattiva, jista’ jżur il-paġna ta’ Facebook ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja / Footballers Read and Write Programme’ jew iċempel 2598 3324.

DLAP 029 – Formola

In the second and third term of scholastic year 2020-2021, the National Literacy Agency Sports Literacy Leaders will deliver more football skills challenges activities during after-school hours and in the school holidays.
The Agency encourages parents/guardians whose children were born in the years 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, and 2013 to ask their children to take part in this activity. Once they apply, parents/guardians will be given a specific date, time and location for their child to complete the challenge.
All participants will be awarded a book, a certificate of accomplishment and other tokens. Participants who complete the activity successfully will be awarded two books and a ball signed by ex-footballers of the Maltese national team. The Agency will be adhering to the health and safety measures issued by the Public Health Authorities throughout the activities.
Parents/guardians who are interested may apply by filling in the below form and sending it to nla@ilearn.edu.mt. The closing date for applications is Friday, 26th March 2021.
Further information on this initiative may be obtained from the Facebook page ‘Footballers Read and Write Programme / Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ or by calling on 2598 3324.

DLAP 029 – Form

Xalata Ta’ Kitba

Qabel il-pandemija COVID-19, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kienet qiegħda torganizza diversi Xalati ta’ Kitba, bil-Malti u bl-Ingliż, għat-tfal u l-familji tagħhom f’bosta lokalitajiet Maltin u Għawdxin. F’dawn ix- Xalati ta’ Kitba l-familji jħaddmu l-proċess tal-kitba b’mod divertenti u f’ambjent rilassanti.
Fiċ-ċirkustanzi preżenti, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab ma’ Heritage Malta se torganizza Xalata ta’ Kitba online bl-Ingliż dwar il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, IL-MUŻA, kif ġej:
Data: Il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar 2021
Ħin: Bejn is-6:30 p.m. u t-8:00 p.m.
Età: Minn 7 sa 11-il sena
Kif: Bil-Microsoft Teams
Dawk il-familji li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività għandhom jirriservaw post billi jibagħtu din l- informazzjoni:
– isem u kunjom it-tifel/tifla/tfal,
– isem u kunjom il-ġenitur/kustodju,
– l-età tat-tifel/tifla/tfal,
– in-numru tal-mobile,
– l-indirizz elettroniku,
– l-indirizz postali
lil mwp.nla@ilearn.edu.mt, sa mhux iktar tard min-nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2021.
Minħabba li l-postijiet huma limitati, il-parteċipanti jintgħażlu skont min japplika l-ewwel.
Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar din ix-Xalata ta’ Kitba tista’ ċċempel 2598 3324.

Prior to the start of the COVID-19 pandemic, the National Literacy Agency organised several free of charge Family Writing Activities, in Maltese and English, for children and their families in various localities around Malta and Gozo. These activities offered families a positive experience of the writing process in a fun and relaxed setting.
In the present circumstances the National Literacy Agency, in collaboration with Heritage Malta, is organising an online Family Writing Activity in English about the Malta National Community Art Museum MUŻA, as follows:
Date: Friday, 19th February 2021
Time: From 6:30 p.m. till 8:00 p.m.
Age: From 7 to 11 years
How: On MS Teams
Families who wish to participate in this activity are asked to book a place by sending an email with the following information:
– Child’s name and surname,
– Parent’s/guardian’s name and surname,
– Child’s age,
– Contact numbers,
– Email address,
– Postal Address,
to mwp.nla@ilearn.edu.mt, by not later than Wednesday 3rd February 2021.
Applications will be processed on a first come first served basis.
For more information about this activity, kindly contact us on 2598 3324.