Messaġġ mill-Kap tal-Iskola

Għeżież Ġenituri
Wasalna fl-aħħar ta’ sena skolastika oħra.  Ma kinitx sena faċli iżda bil-ħidma tagħna flimkien, kienet sena ta’ suċċess ukoll.  Grazzi dejjem tal-koperazjoni tagħkom il-ġenituri u minn qalbi, f’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi nixtieq nawguralkom is-sajf it-tajjeb u vaganzi ta’ mistrieħ.
Grazzi

N Saliba

Dear Parents
Another scholastic year has come to an end.  Although, it was a difficult year, together we managed to make it a success.  Thank you for your cooperation throughout this year and on behalf of all the staff at Siġġiewi Primary School, I sincerely wish you all a good summer and happy holidays.
Regards

N Saliba

Suċċess f’kompetizzjoni tal-Arti

Prosit Maya Galea (Year 5.4)!

Fil-Jum Dinji tal-Arti (15 ta’ April 2021) id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar nieda kompetizzjoni tal-arti – ARTista, fuq inizzjattiva tal-Iskola tal-Arti f’Malta fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għal studenti fl-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.


Dawk li pparteċipaw kienu 393. Dawn il-parteċipanti kienu ikklassifikati kif ġej:


Kategorija A It-3 Sena – Il-5 Sena 237 entries
Kategorija B Is-6 Sena – It-8 Sena 132 entries
Kategorija C Id-9 Sena – Il-11-il Sena 24 entries

Ir-Rebbieħa tal-kompetizzjoni huma dawn li jidhru hawn taħt:

Kategorija A Maya Galea Il-5 Sena Kulleġġ San Injazju, Primarja Siġġiewi
Kategorija B Sven Haber Is-7 Sena Seminarju tal-Arċisqof
Kategorija C Jake C Schembri Id-9 Sena Seminarju tal-Arċisqof