Nitgħallmu Flimkien

Waħda mill-attivitajiet li għamlu l-istudenti tal-K2.2 meta ħadmu fuq il-muniti tal-flus, kienet li jixtru xi frott u ħaxix li jiggustaw. Grazzi kbira lill-bejjiegħ tal-ħaxix li ġie fejn il-bieb tal-iskola b’kannestru mimli varjazzjoni sabiħa, bnina u kkulurita ta’ prodotti. Bl-akbar paċenzja qagħad jistenna lit-tfal jgħoddu u jfittxu l-muniti biex jagħtuh l-ammont li talabhom.  Din l-esperjenza mhux biss serviet biex l-istudenti jitgħallmu jagħrfu l-muniti, imma anke biex jitgħallmu jixtru dak li hu tajjeb għal saħħithom. Lura fil-klassi, it-tfal ħadu pjaċir jieklu il-prodotti li xtraw. 

Ms Charmaine K2.2

IMG_20220611_071710

Bil-Qari u l-Kitba Niskorja

During the summer months, the National Literacy Agency will be offering a summer edition of the Footballers’ Read and Write Programme / Bil-Qari u l-Kitba Niskorja.
The aim of this programme is to inspire a love of reading and writing amongst students who love football. Past cycles have shown that most of the participants improved their reading skills by the end of the programme. The FRWP sessions combine the children’s love and passion for football with reading and writing, thus motivating them to read and better their overall language skills.

For more details please see this circular:

DLAP 166 Circular – Footballers Read and Write Summer Programme

Matul ix-xhur tas-sajf, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se tkun qed toffri edizzjoni tas-sajf tal-programm edukattiv ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’.
L-għan ta’ dan il-programm hu li t-tfal li jħobbu l-futbol jitħajru jaqraw aktar u f’firxa ta’ ftit ġimgħat, ħafna minnhom itejbu l-ħiliet tal-qari u l-fehim tagħhom. Dan il-programm iżewweġ l-imħabba tattfal għall-futbol mal-gost tal-qari u l-kitba. It-tfal jiġu mħeġġa jaqraw il-kotba u jtejbu l-ħiliet tagħhom fil-lingwa.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara ċ-ċirkolari t’hawn taħt:

DLAP 166 -Cirkulari Bil-Qari u l-Kitba Niskorja fis-Sajf