Donazzjoni ta’ Kotba mill-Ambaxxata Amerikana

L-iskola tagħna rċeviet donazzjoni ta’ kotba mill-Ambaxxata Amerikana. Dawn il-kotba ġew ippreżentati mis-sur Daniel Cini bħala rappreżentant tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu waqt attivita’ speċjali. Għal din l-attivita’ l-klassijiet tat-tielet sena ħejjew programm qasir ta’ reċtar, kant u qari mibni madwar it-tema tal-kotba u l-qari.

This slideshow requires JavaScript.

Niċċelebraw l-Ewwel Tqarbina

Fl-14 ta’ Ġunju ċċelebrajna l-Preċett flimkien mat-tfal tat-tieni sena.  Il-ġurnata bdiet b’quddiesa fejn it-tfal ipparteċipaw permezz tal-qari, talb u kant. Il-quddiesa spiċċat b’żifna mit-tfal stess. It-tfal kollha ngħataw souvenir bħala tifkira ta’ din l-okkazjoni speċjali.  Grazzi kbira tmur lil Fr Josef Mifsud u lill-għalliema u lil-LSEs tat-tieni sena, tal-għajnuna siewja tagħhom.

This slideshow requires JavaScript.