SuperT

Numru sabiħ ta’ tfal ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja ħila importanti fil-Matematika – kemm wieħed/ waħda kapaċi jaħdmu somom tal-livell tagħhom, bil-ħila tal-ħsieb biss.

L-istudenti ħadu sehem fi tliet kategoriji – kategorija 3 għat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena, kategorija 4 għat-tfal li qegħdin fil-ħames sena u kategorija 5 għat-tfal li qegħdin fis-sitt sena. F’kategorija 3 kellna 12-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn id-29 post u l-460 post minn 38,500 student li ħadu sehem. F’kategorija 4 kellna 16-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn it-68 post u s-641 post minn 46,200 student li ħadu sehem. F’kategorija 5 kellna wkoll 16-il parteċipant li waslu għall-finali u ġew bejn is-17-il post u t-888 post minn 93,730 student li ħadu sehem.

Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.

Ms Sandra Abela

20220620_112906

My High5 Experience by Rakela deBono

L-esperjenza tal-High5 

Onestament, meta qaluli li ġejt nominata għall-High5, ma kontx naf għal xiex dieħla ħlief li din l-opportunità kienet miftuħa għal studenti tal-ħames u s-sitt sena, li hemm tliet fażijiet u l-ewwel pass kellu jkun eżami. Aċċettajt għax kienet opportunità unika, kont se nirrappreżenta lill-iskola u ta’ madwari ħeġġewni biex ma nitlifhiex. Mill-eżami tal-ewwel fażi kien ċar li din l-esperjenza ma kinitx ibbażata biss fuq il-Matematika. L-aħbar li kkwalifikajt għat-tieni fażi kienet diġà ħaġa kbira għalija. It-tieni fażi kienet tikkonsisti f’ħames workshops. Nammetti li waqt is-sezzjonijiet, ġieli ħassejtni se naqta’ qalbi imma mbagħad tgħallimt li l-importanti li tibqa’ tipprova sakemm issib is-soluzzjoni u mhux kemm tasal malajr. Tgħallimt nuża modi differenti kif nasal għal risposta u tawna ħafna tagħrif war xjenza u nies magħrufa permezz tal-logħob li organizzawlna. L-eżami tat-tielet fażi kien itqal mill-ewwel wieħed u kont nervuża għalih. Ma bsartx li kont se niġi l-ewwel mill-istudenti tal-ħames sena. Din l-aħbar ħallietni bla kliem! Irrealizzajt kemm imxejt ‘il quddiem f’dan il-vjaġġ bis-sapport tal-għalliema, familja u ħbieb. Il-premju finali kien ġurnata fil-Malta National Aquarium fejn  kellna logħob relatat mal-akkwarju u l-ħut differenti u kellna mawra ġol-akkwarju. Iktar minn ċertifikat akkademiku, iċ-ċertifikat se jibqa’ jfakkarni kemm m’għandi qatt naqta’ qalbi f’kull esperjenza li ngħaddi minnha u nibqa’ nfittex għas-soluzzjoni, anke jekk tidher impossibbli! 

Rakela deBono

My High5 Experience 

When I was told that I was nominated for the High5 experience, I honestly did not know what this involved, except that it was an opportunity for Year 5 and 6 students, that it involved three phases and that the first step was an exam. I accepted given that this was a unique opportunity, I was representing my school and several people encouraged me to participate. The first exam indicated straightaway that this experience was not going to be solely based on Mathematics. Qualifying for the second phase was a great achievement for me. This phase consisted of five workshops. I must admit that sometimes I used to feel like giving up during the sessions, but then I learned that it is very important to keep on trying until I get to a solution, no matter how much time it takes. I learned different ways how to reach a solution and got a lot of knowledge about science and famous people through the organised games. The third phase’s exam was harder than the first and I was quite nervous. I never anticipated that I will end up first from all Year 5 participants. This news left me speechless! I realised how far I’ve come along this journey, thanks to the support of teachers, family and friends. The final prize was a day at the Malta National Aquarium where we had games related to aquariums and fish, and we also had a tour in the aquarium. Rather than an academic certificate, the certificate will always remind me of how important it is not to give up in any experience and to continue searching for a solution, no matter how impossible it may seem! 

Rakela deBono