Messaġġ mill-Kap tal-Iskola

Għeżież Ġenituri
Wasalna fl-aħħar ta’ sena skolastika oħra.  Ma kinitx sena faċli iżda bil-ħidma tagħna flimkien, kienet sena ta’ suċċess ukoll.  Grazzi dejjem tal-koperazjoni tagħkom il-ġenituri u minn qalbi, f’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja Siġġiewi nixtieq nawguralkom is-sajf it-tajjeb u vaganzi ta’ mistrieħ.
Grazzi

N Saliba

Dear Parents
Another scholastic year has come to an end.  Although, it was a difficult year, together we managed to make it a success.  Thank you for your cooperation throughout this year and on behalf of all the staff at Siġġiewi Primary School, I sincerely wish you all a good summer and happy holidays.
Regards

N Saliba

Żjara fil-Parlament ta’ Malta 

Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju, fil-Parlament saret seduta speċjali fejn kienu mistiedna rappreżentanti mill-kumitati tal-Ekoskola.  Aħna morna flimkien ma’ Ms Doreen Spiteri.  Kif wasalna fil-bini kien hemm ħafna sigurta’ biex dħalna.  Kif dħalna fil-kamra qgħadna niflu sew għax hi differenti minn kif tidher fuq it-televiżjoni!   

Kif wasal kulħadd, aħna qrajna t-talba tal-bidu.  Kien hemm xi tfal li għamlu d-diskors tagħhom dwar temi differenti fosthom dwar il-konservazzjoni tal-ilma, il-problema tal-plastik fil-baħar, kif għandna nibżgħu għall-ambjent u l-problema tat-traffiku f’Malta.  Wara kull diskors xi membru parlamentari għamel il-kummenti tiegħu. 

Din kienet esperjenza li aħna mhux se ninsew għax minbarra li tgħallimna ħafna, dħalna fil-bini tal-Parlament ta’ Malta li hu bini importanti ħafna f’Malta! 

Nathan G Bonello  (President)  

Beppe Borg (Viċi President)

This slideshow requires JavaScript.