Jum Dun Karm

Nhar it-Tlieta 18 ta’ Ottubru, l-klassi 4.2 ħejjew special assembly dwar il-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila. Dun Karm Psaila  magħruf sempliċiment bħala Dun Karm, kien wieħed mill-aqwa poeti Maltin ta’ kull żmien. Dun Karm ma kienx biss poeta tajjeb iżda wkoll difensur tal-ilsien Malti. Dun Karm kellu jara matul ħajtu t-trijonf tal-Malti kif ukoll tal-poeżija tiegħu. Fi żmien Dun Karm, ilsienna daħal fil-Qrati, fl-iskejjel u anke fl-Universita’ ta’ Malta.

Waqt l-Assenbly, xi studenti qraw l-ewwel poeżija li kiteb Dun Karm bil-Malti, ‘Quddiem Xbieha tal-Madonna’. Dun Karm jibqa’ ukoll magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-‘Innu ta’ Filgħodu’, l-‘Innu ta’ Filgħaxija’, ‘Fil-Ħlewwa ta’ Mejju’ u l-‘Innu Ewkaristiku’ li ħa fama internazzjonali. Bosta persuni u għaqdiet tawh ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu. L-istudent għalqu l-assembly tagħhom b’sunett ta’ Dun Frans Camilleri b’dedika lil Dun Karm Psaila.  

Stephanie Portanier

Book Champion School 2022

Ir-riżultati tal-kompetizzjoni li saret is-sena li għaddiet fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ktieb, ħarġu. Fl-iskola tagħna kellna xi rebbieħa wkoll. Mill-kategorija taż-żgħar, nawguraw lil klassi 1.3 Ms Miriam Deguara, Ms Pauline Briffa u Ms Claudia Sciberras li ġew fit-tieni post u lill-klassijiet tat-2.2 u 2.3 Ms Moira Darmanin u Ms Nadia Sammut li ġew fit-tielet post. F’din il-kategorija l-għalliema kellhom jagħżlu ktieb favorit mal-klassi u bħala klassi jżejnu notice bord marbut mal-istess tema.

Mill-kategorija tal-kbar kellna żewġ rebbieħa: Katrina Schembri li ġiet fl-ewwel post u Analisa Falzon Richard li ħadet it-tielet premju. F’din il-kategorija it-tfal kellhom jaqbdu magħrfa tal-injam u jbiddluha f’karattru minn storja favorita tagħhom.

Apparti dan l-iskola rċeviet (u mhux għall-ewwel darba) il-GOLD AWARD, għall-ħidma kontinwa fil-promozzjoni tal-qari u l-imħabba lejn il-kotba.

Prosit kbira lil kulħadd.

Ms S Abela