Numru sabiħ ta’ tfal mill-iskola taghna ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja l-ħila ta’ kemm wiehed hu kapaci jahdem somom bil-hila tal-ħsieb biss fl-iqsar ħin possibli. Din hi ħila importanti fil-Matematika, però mhix l-unika ħila li wiehed għandu bzżnn biex jaħdem is-somom.
L-istudenti ħadu sehem f’erba’ kategoriji. Fit-tieni kategorija kellna 6 itfal mit-3 sena li kkompetew kontra 24,600 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.
Fit-tielet kategorija kellna 12 il-tifel u tifla t-tfal mir-raba’ sena li kkompetew kontra 44,300 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.
Fir-raba’ kategorija kellna 10t itfal li qegħdin fil-ħames sena li kkompetew kontra 51,900 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.
Fil-ħames kategorija kellna 27 tifel u tifla mis-sitt sena li kkompetew kontra 76,000 tifel u tifla minn mad-dinja kollha.
Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.
Ms Sandra Abela
Assistent Kap tal-Iskola



