Ir-Reġjun tan-Nofsinhar flimkien mal-Esplora Science Centre u Chinese Cultural Centre ser ikunu qed jorganizzaw attivita’ interattiva fil-Ġnien tas-Serenita’ f’Santa Luċija.
Din l-attivita’ ser issir nhar l-4 ta’ Lulju bejn it-8.30am u nofsinhar u hi miftuħa għal kulħadd. Din l-attivita’ hija b’xejn!
Ser ikun hemm ħafna xjenza kif ukoll ħafna attivitajiet relatati mal-kultura Ċiniza! Ejjew iltaqgħu magħna sabiex inkunu nistgħu nieħdu gost flimkien.
