Waqt special assembly li saret il-Ħamis 23 ta’ Mejju, ġew preżentati numru ta’ kotba lill-klassijiet differenti biex jintużaw fil-libreriji tal-klassijiet. Dawn il-kotba ġew mixtrija minn xi ġenituri li għoġobhom jagħmlu donazzjoni waqt il-fiera tal-kotba, waqt li oħrajn ġew mixtrija mill-iskola bil-qliegħ li sar mill-istess fiera.








