Dear parents/guardians,
As part of the National Literacy Agency’s ongoing efforts to promote literacy and foster a love for reading among our young students, the Agency is distributing a set of four reading books through the ‘Il-Kotba Ħbieb tat-Tfal / Books are Children’s Friends’ scheme. The aim of this initiative is to encourage children to build a personal library at home.
We believe that your insights as parents are invaluable in assessing the effectiveness of this scheme. To this end, we kindly ask you to take a few moments to fill in a brief questionnaire. Your feedback will greatly assist us in assessing the scheme’s success and identifying areas for improvement.
The deadline to submit the questionnaire is Friday 14th June 2024. Your participation is greatly appreciated.
Għeżież ġenituri/kustodji
Fost l-isforzi kontinwi għall-promozzjoni tal-litteriżmu u l-imħabba għall-qari fl-istudenti tagħna, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed tqassam erba’ kotba tal-qari lill-istudenti bħala parti mill-iskema ‘Il-Kotba Ħbieb tat-Tfal / Books are Children’s Friends.’ L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li tħajjar lit-tfal jarmaw librerija personali f’darhom.
Il-kummenti u l-opinjonijiet tagħkom huma essenzjali għall-evalwazzjoni tal-effettività ta’ din l-iskema. B’hekk, ġentilment nitlobkom timlew dan il-kwestjonarju qasir. It-tweġibiet tagħkom ser jgħinu lill-Aġenzija tevalwa s-suċċess ta’ din l-iskema u tidentifika x’jista’ jsir aħjar.
Tistgħu twieġbu l-kwestjonarju sal-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju 2024. Napprezzaw ħafna l-parteċipazzjoni tagħkom f’dan il-kwestjonarju u nirringrazzjawkom bil-quddiem.