Jum is-Siġġiewi

Minħabba li fl-1 ta’ Marzu, l-istudenti ma kellhomx skola, Jum is-Siġġiewi ġie ċċelebrat fl-4 ta’ Marzu fl-iskola tagħna. Il-klassi ta’ Sa Marlene Vella flimkien ma’ Sa Maria Attard ippreparaw preżentazzjoni żgħira li fiha urew postijiet ta’ interess fis-Siġġiewi bħal Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Nikola,  Għar Lapsi u anke l-Palazz tal-Verdala. Għal din il-preżentazzjoni kien hemm preżenti l-membri tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Kienet attivita’ sabiħa li spiċċat billi l-istudenti tagħna kantaw l-innu tas-Siġġiewi. Fl-istess attivita’, il-Kunsill Lokali ppreżenta kotba dwar is-Siġġiewi lit-tfal tal-Primarja.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *