L-istudenti tal-iskola huma mistiedfna sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tat-tpingija li qegħda tigi organizzata fl-okkażjoni ta’ Festa Frawli fl-Imġarr – Malta.
Il-Kompetizzjoni hija miftuħa għall-istudenti kollha li jgħixu f’Malta u f’Għawdex. Ir-rebbieħa f’kull kategorija jiġu ppreżentati b’ċertifikati ta’ tifkira u jingħataw vouchers/ rigali. Kull partecipant jingħata ċertifikat ta’ partecipazzjoni.
It-tpinġijiet li bihom l-istudenti jipparteċipaw, ser jiġu esebiti dakinhar li ssir Festa Frawli jiġifieri l-Ħadd 7 ta’ April, 2024. Aktar dettalji jinsabu fir-regolamenti mehmuża.