L-iskola tagħna qed tipparteċipa fl-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni Ewropea u nhar it-Tnejn 22 ta’ Jannar kellna żjara minn Ninu l-Bninu. Tul din iż-żjara l-istudenti tgħallmu dwar l-importanza tal-frott u l-ħaxix. Ma kienx jonqos li t-tfal jingħataw iduqu ħalib u frott ipprovdut apposta għal din l-attivita’.