Nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru, ġie organizzat kunċert tal-Milied fejn it-tfal kollha tal-iskola – mill-klassijiet tal-kindergarten sa dawk tas-sitt sena- kellhom l-opportunita’ li jippreżentaw żfin, kant u reċti quddiem il-ġenituri tagħhom. Is-sigħat ta’ rehearsals u preparamenti oħra laħqu l-milja tagħhom f’wirjiet spettakolari li ferrħu lil kull min kien preżenti.
Il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru, saret il-purċissjoni bil-Bambin matul il-kuruturi tal-iskola. Il-purċissjoni spiċċat fis-sala tal-iskola, fejn sar programm qasir li kien jinkludi kant tal-Milied, il-priedka tradizzjonali tal-Milied u messaġġ tal-okkażżjoni mill-Arċipriet. Ittellgħu ukoll xi premijiet u ma kienx jonqos li jiġi jżurna l-Father Christmas! Wara, kull klassi organizzat festin tal-okkażżjoni fil-klassijiet rispettivi.
Dan kien mod sabiħ kif flimkien iċċelebrajna l-Milied fl-aħħar jiem tal-ewwel term.