Nhar it-18 ta’ Ottubru huwa l-jum iddedikat lil Dun Karm Psaila. Il-klassi tal-4.1 ippreparajna ħarsa qasira lejn ħajjet Dun Karm. It-tfal tgħallmu dwar min kien Dun Karm, fejn għex, minn fejn beda l-karriera tiegħu u fuq kollox għaliex huwa meqjus bħala personaġġ ferm importanti għalina l-Maltin u għal pajjiżna. Fakkarna kemm huwa importanti li bħal m’għamel Dun Karm, ngħożżu l-lingwa tagħna u nkunu kburin biha. Għalaqna l-assembly tagħna billi kantajna l-innu ta’ filgħodu u l-innu Malti flimkien bħala skola, it-tnejn kitbiet ta’ Dun Karm Psaila, sabiex insellmu u nfakkru l-memorja tal-poeta nazzjonali tagħna l-Maltin u nagħtuh ġieħ.
Ms. M Aquilina