Animal Awareness Day

Nhar l-4 ta’ Ottubru ċċelebrajna l-Jum Dinji tal-Annimali. Bħala klassi ddeċidejna li noħolqu għarfien billi naqraw parti minn djarju ta’ żewġt iklieb li ħajjithom hija ferm differenti minn ta’ xulxin. Kelb li jieħdu ħsiebu b’mod tajjeb ħafna u għall-kuntrarju ta’ dan rajna l-ħajja ta’ kelb li m’għandu l-ħadd min jieħu ħsiebu. B’hekk it-tfal setgħu jaraw id-differenza bejn annimal li jiġu mħarsa d-drittijiet tiegħu u annimal abbandunat. B’dan il-mod sempliċi huma ġew aktar konxji dwar kemm huwa importanti li nħarsu d-drittijiet ta’ kull annimal.

Ms S. Brownrigg

Dakinhar, l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jġibu l-pets tagħhom l-iskola. Sar ukoll it-tberik tal-annimali minn Fr Josef.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *