SuperT

Numru sabiħ ta’ tfal mill-iskola tagħna ħadu sehem fis-SuperT u ġew mogħtija ċertifikat ta’ mertu. Is-SuperT hija kompetizzjoni internazzjonali li tittestja l-ħila  ta’ kemm wieħed hu kapaci jahdem somom bil-ħila tal-ħsieb biss fl-iqsar ħin possibli. Din hi ħila importanti fil-Matematika, però mhix l-unika ħila li wieħed ikollu bżonn biex jaħdem is-somom.

L-istudenti ħadu sehem f’erba’ kategoriji – kategorija 2, għat-tfal tat-3 sena, kategorija 3 għat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena, kategorija 4 għat-tfal li qegħdin fil-ħames sena u kategorija 5 għat-tfal li qegħdin fis-sitt sena.  

Prosit tassew lil dawn it-tfal u nkomplu nħeġġu lit-tfal biex waqt il-btajjel tas-sajf, jilagħbu din il-logħba ħalli dejjem itejbu l-livell fil-ħsieb Matematiku.

Ms Y Jones

IMG-20230614-WA0061IMG-20230614-WA0062IMG-20230614-WA0063IMG-20230614-WA0064

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *