It-tfal tas-sitt sena, waqqfu rekord nazzjonali gdid tal-itwal katina magħmula minn karti riċiklati, b’tul ta’ 1524 metru. Il-karti użati fil-fatt kienu l-karti li t-tfal użaw għar-reviżjoni tal-eżamijiet tal-Benchmark u minflok intremew inħoloq dan ir-rekord oriġinali għall-gżejjer Maltin. Il-ħoloq tal-katina tal-karti ġew magħqudin bi staplers. Din kienet opportunità fejn it-tfal ħadmu bħala tim u għinu lil xulxin biex joħolqu l-itwal katina possibbli fi żmien qasir. Tassew kburin bl-istudenti tagħna.