Il-Grupp ta’ Ħidma għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024–2030 japprezza tal-irwol ċentrali li l-ġenituri u l-gwardjani għandhom fil-mixja edukattiva ta’ wliedhom. Għal dan il-għan, se jkunu organizzati numru ta’ laqgħat għall-ġenituri sabiex il-pilastri li qed jiġu proposti għall-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 jiġu esplorati u diskussi. Il-kummenti li se nirċievu matul dawn il-laqgħat se jkunu miżjuda mal-osservazzjonijiet u kummenti oħra li l-Grupp ta’ Ħidma rċieva fil-ġimgħat li għaddew u li ġew sottomessi mill-edukaturi, mill-mexxejja tal-iskejjel u minn entitajiet u partijiet oħra li ġew ikkonsultati.
Għal aktar dettalji agħfas fuq din il-ħolqa:
The Core Team for the National Education Strategy 2024-2030 recognises the pivotal role parents and guardians play in children’s educational journey. To this end, a number of meetings for parents will be held, during which the pillars being proposed for the National Education Strategy 2024-2030 will be explored and discussed. The feedback received during these meetings will be added to the observations and comments already submitted to the Core Team by educators, school leaders and numerous stakeholders.
For more details please see this circular: