Let’s walk to School!

“Il-Ħamis li għadda, jien u xi tfal oħra ġejna l-iskola bil-mixi. Iltqajna l-pjazza tas-Siġġiewi. Kien hemm żewġ pulizija jistennewna. Qlajna ġakketta safra u lbisnieha biex min ikun qed isuq jarana. Il-pulizija mxew magħna u mal-ġenituri tagħna. Huma waqfu l-karozzi biex aħna nkunu nistgħu naqsmu. Tgħidx kemm ħadna gost nimxu flimkien u niċċajtaw. Il-ġenituri ħadu gost ukoll għax qagħdu jitkellmu mingħajr ma jinnervjaw huma u jfittxu parking bħal ma kien jiġri kieku ġejna bil-karozza. Tant ħadna gost li se nerġgħu nagħmluha. Jien nixtieq nibdew nagħmluha kuljum. Jien nixtieq li aktar tfal jibdew jiġu magħna. Narawkom!”

Thomas Buhagiar Year 4.3

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *