Matul dawn l-aħħar ġimgħat, it-tfal tal-year 1.1, investigaw it-tema tal-ikel.
Waħda mill-attivitajiet li għamlu kienet dik li tgħallmu jisseparaw l-ikel skont il-kategoriji: karboidrati, proteini, prodotti tal-ħalib, ħaxix u frott u żjut u xaħam. Huma ppreżentaw dak li tgħallmu waqt special assembly.
L-ikel li ntuża waqt din l-assembly ġie mogħti bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem.
It-tfal tgħallmu japprezzaw l-ikel li jkollhom u ġew konxji tal-bżonn li jgħinu lill-oħrajn.
Ms Kathianne Farrugia

















