Bejn l-24 t’April u t-28 t’April, fl-iskola ċċelebrajna Library Week – ġimgħa ddedikata lill-kotba u l-libreriji. Fost il-ħafna attivitajiet ma nistgħux ma nsemmux s-sessjoni, Meet the Author – fejn tfal mill-ewwel, it-tieni u t-tielet sena ltaqgħu mal-awtriċi Marisa Ben Hadj Khalifa li kellmet lit-tfal dwar l-esperjenza tagħha bħala awtriċi. It-tfal kienu mimlijin entużjażmu u kurżita’ u staqsew ħafna mistoqsijiet interessanti lil Marisa. Żgur li tgħallmu ħafna minn din l-esperjenza.
Saru ukoll s-sessjonijiet tal-qari li tmexxew minn Ms Nadia Zammit HOD Literacy u Ms Ritianne Giordmaina.
L-istudenti kollha mit-3 sena sas-6 sena kellhom l-opportunita li jsegwu reċta dwar is-sbuħija tal-kotba bl-isem : The Big Adventure Book.