Fis-27 t’April, waqt il-Library Week, it-tfal u l-edukaturi kollha waqfu għal 15-il minuta mill-attivitajiet li kienu qed jagħmlu u qabdu ktieb u bdew jaqraw. Din l-attivita’ msejħa Drop everything & read, tfakkar lit-tfal u l-adulti l-importanza tal-qari f’ħajjitna. Nissuġerulkom li tippruvawha d-dar ukoll.